Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (Il-Polonja) fit-3 ta’ Awwissu 2023 – Miasto W. vs M.T., E.T. u A.W.

(Kawża C-493/23, Miasto W.)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Miasto W.

Partijiet oħra fil-proċedura: MT., E.T. u A.W.

Domandi preliminari

F’sitwazzjoni fejn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tipprevedi li mħallef ta’ qorti nazzjonali tal-aħħar istanza (imħallef fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) bis-saħħa ta’ deċiżjoni diskrezzjonali tal-President li jmexxi din il-qorti (il-President Ewlieni tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) jista’ jiġi assenjat, mingħajr il-kunsens tiegħu, bħala ġudikant għal perijodu determinat fis-sena minn awla ta’ din il-qorti, li fiha normalment jiġġudika skont il-preparazzjoni u l-kompetenzi tiegħu, lejn awla oħra ta’ din il-qorti li hija kompetenti tisma’ kawżi differenti mit-tip li tali mħallef sa dak il-mument kien involut fihom, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi li sabiex tiġi protetta l-indipendenza ta’ mħallef assenjat bħala ġudikant huwa għandu jibbenefika minn rimedju legali effettiv quddiem qorti indipendenti u imparzjali fi proċeduri li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?

Min-naħa l-oħra, f’dan is-sens, qorti tal-aħħar istanza ta’ Stat Membru (is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema)), li fiha jkun sedenti kulleġġ ta’ tliet imħallfin li minnu żewġ imħallfin, mingħajr il-kunsens tagħhom, ġew assenjati bħala ġudikanti mill-President inkarigat milli jmexxi din il-qorti mill-awla oriġinali tagħhom f’din il-qorti lejn awla ta’ din il-qorti kompetenti biex jisimgħu kawżi mingħajr ma qabel kellhom l-possibbiltà li jappellaw minn din id-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni quddiem qorti imparzjali u indipendenti fi proċeduri li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, hija qorti indipendenti, imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi u li tiżgura protezzjoni legali effettiva lill-individwi f’oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni?

____________