Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Mejju 2007 - Professional Tennis Registry vs L-UASI - Registro Profesional de Tenis (PTR PROFESSIONAL TENNIS REGISTRY)

(Kawża T-168/07)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Professional Tennis Registry, Inc. (Hilton Head Island, L-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Vanhegan, Barrister )

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Registro Profesional de Tenis, SL (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-ewwel paragrafu tad-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tat-28 ta' Frar 2007 (Kawża R 1050/2005-1), li tirrifjuta l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 2 826 709 tar-rikorrenti għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 41;

tordna li l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tar-rikorrenti Nru 2 826 709 tiġi miċħuda kollha kemm hi;

tordna li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 2 826 709 tar-rikorrenti tintlaqa' għall-prodotti u servizzi kollha fil-klassijiet 16, 25 u 41; u

tordna li l-UASI jbati l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell u l-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Professional Tennis Registry, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "PTR PROFESSIONAL TENNIS REGISTRY" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25 u 41- Applikazzjoni Nru 2 826 709.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Registro Profesional de Tenis, SL.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi nazzjonali "RPT Registro Profesional de Tenis, S. L" u "RPT European Registry of Professional Tennis" għal servizzi fil-klassi 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Iċ-ċaħda totali ta' l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni u u r-rifjuta ta' l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 16 u 41.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, billi l-Bord ta' l-Appell ikkonkluda li kien hemm xebh li jista' jwassal għal konfużjoni bejn l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tar-rikorrenti u t-trade marks preċedenti tar-Registro Profesional de Tenis. Il-Bord ta' l-Appell ma eżaminax sew il-prinċipji applikabbli meta t-trade marks in kwistjoni huma trade marks kumplessi.

____________