Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Google vs EUIPO – EPay (GPAY)

(Kawża T-78/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Google LLC (Mountain View, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Schmitt u M. Kinkeldey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EPay AD (Sofia, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GPAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 138 507

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1761/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell jekk tintervjeni, għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________