Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2023 – Coinbase vs EUIPO (C)
(Kawża T-304/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Coinbase Inc. (Oakland, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler, N. Schmidt-Hamkens u F. Stoll, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva “C” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 629 156
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 2001/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tiddikjara li l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma jipprekludix ir-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.
____________