Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Settembru 2011 - K-Mail Order vs UASI - IVKO (MEN'Z)

(Kawża T-279/10) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MEN'Z - Isem kummerċjali preċedenti WENZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Sinjifikat lokali tas-sinjal preċedenti - Artikolu 8(4) u Artikolu 41(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: K-Mail Order GmbH & Co. KG (Pforzheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Zeiher u G. Stallecker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH (Baar-Wanderath, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Marzu 2010 (Każ R 746/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Wenz GmbH u IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

K-Mail Order GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 234, 28.08.2010.