Language of document : ECLI:EU:T:2011:661





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Novembru 2011 – El Coto De Rioja vs UASI – Álvarez Serrano (COTO DE GOMARIZ)

(Kawża T-276/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva COTO DE GOMARIZ – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti COTO DE IMAZ u EL COTO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 22, 49, 52-54)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ April 2010 (Każ R 1020/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn El Coto de Rioja, SA u María Álvarez Serrano.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-28 ta’ April 2010 (Każ R 1020/2008‑4), hija annullata sa fejn l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell dwar ix-xebh tas-sinjali inkwistjoni hija żbaljata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.