Language of document :

Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2021 minn BSH Hausgeräte GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-152/20, BSH Hausgeräte GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-67/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: BSH Hausgeräte GmbH (rappreżentant: S. Biagosch, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-12 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.

____________