Language of document : ECLI:EU:T:2013:349





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2013 — Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑552/11)

“Rikors għal annullament — Kuntratt li jikkonċerna għajnuna finanzjarja tal-Unjoni favur proġett fil-qasam tal-kollaborazzjoni medika — Nota ta’ debitu — Natura kuntrattwali tal-kawża — Att inkontestabbli — Inammissibbiltà — Kontrotalba għall-ħlas”

1.                     Rikors għal annullament — Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali — Talba għal annullament ta’ nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE u 288 TFUE) (ara l-punti 21-24)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tisma’ kontrotalba — Bażi (Artikoli 272 TFUE u 299 TFUE) (ara l-punti 35-40)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament ta’ nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Settembru 2011 bil-għan li tiġi rkuprata s-somma ta’ EUR 83 001.09 imħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja insostenn ta’ proġett u, min-naħa l-oħra, kontrotalba maħsuba sabiex ir-rikorrenti tiġi kkundannata għall-ħlas tal-imsemmija somma, flimkien mal-interessi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors għal annullament huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma ta’ EUR 83 001.09 bħala somma prinċipali u ta’ EUR 11.37 kuljum bħala interessi moratorji dekorsi sa mill-25 ta’ Ottubru 2011 sal-clearance tad-dejn prinċipali.

3)

Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.