Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Ottubru 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni
"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ċaħda ta' talba għal investigazzjoni - Rifjut ta' istituzzjoni milli tittraduċi deċiżjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat"
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tas-7 ta' Ottubru 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-122/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea f'din l-istanza.
____________1 - ĠU C 51, 27.2.2010.