Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2010 - Procter & Gamble vs UASI - Prestige Cosmetics (P&G PRESTIGE BEAUTE)

(Kawża T-366/07) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali P&G PRESTIGE BEAUTE - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Prestige - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Sandberg u B. Klingberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Prestige Cosmetics SpA (Anzola Emilia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Mugnoz, M. Andreolini u A. Parini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentant kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Lulju 2007 (Każ R 681/2006-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Prestige Cosmetics Srl u The Procter & Gamble Company.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta' Lulju 2007 (Każ R 681/2006-2) hija annullata.

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta' The Procter & Gamble Company marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Prestige Company SpA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta' The Procter & Gamble Company marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

____________

1 - ĠU C 283, 24.11.2007.