Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 –Der Grüne Punkt vs EUIPO – Halston Properties (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku b’żewġ vleġeġ)

(Kawża T-253/17)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Der Grüne Punkt - Duales System Deutschland GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u N. Ebbecke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Halston Properties, s. r. o. GmbH (Bratislava, is-Slovakkja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Rappreżentazzjoni ta’ ċirku b’żewġ vleġeġ” – Trade mark tal-Unjoni Nru 298 273

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1357/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

fil-każ li l-intervenjenti tipparteċipa fil-proċedimenti: tordna li l-intervenjenti tbati l-ispejjeż tagħha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________