Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2013 – Aldi Einkauf vs UASI – Alifoods (Alifoods)

(Kawża T-240/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alifoods, SA (Alicante, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Frar 2013, fil-Każ R 407/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Alifoods, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “Alifoods”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 32 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru B 1 825 002

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali internazzjonali u Komunitarja “ALDI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 9, 16, 24, 25, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 38, 40, 41, 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.