Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 – Castell Macia vs UASI – PJ Hungary (PEPE CASTELL)

(Kawża T-242/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: José Castell Macía (Elche, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda, G. Macias Bonilla u H. Mosback, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft) (Budapest, l-Ungerija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Frar 2013 (Każ R 1401/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft) u José Castell Macía.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Ir-rikorrent huwa kkundannat għal-ispejjeż.