Language of document : ECLI:EU:T:2015:982

Kawża T‑241/13

Ir‑Repubblika Ellenika

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Laħam taċ-ċanga u tal-vitella – Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż – Tabakk – Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 – Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2015

1.      Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Skop

(Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31)

2.      Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Skemi ta’ għajnuna diretta – Regoli komuni – Skema ta’ pagament uniku – Implementazzjoni reġjonali u fakultattiva – Pagament addizzjonali mogħti għal tipi partikolari ta’ agrikoltura u għall-produzzjoni ta’ kwalità – Iffissar tal-perċentwali ta’ żamma – Marġni ta’ diskrezzjoni li titħalla lill-Istati Membri – Limiti – Obbligu tal-Istati Membri li jinformaw lill-operaturi bil-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikolu 69; Regolament tal-Kummissjoni Nru 795/2004, Artikolu 48(6))

3.      Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mll-FAEŻR – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Kontrolli mhux affidabbli – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-Fond

(Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikolu 69; Regolament tal-Kummissjoni Nru 795/2004, Artikolu 48)

4.      Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru

(Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31)

5.      Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mll-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Evalwazzjoni tat-telf subit mill-Fond – Obbligu għall-Kummissjoni li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ dannu reali subit mill-Fond – Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31(2))

6.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Rapport sommarju dwar id-deċiżjoni li turi kontradizzjonijiet li għandhom bħala effett li jipprekludu lid-destinatarji li jsiru jafu l-motivazzjoni tad-deċiżjoni – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Annullament tad-deċiżjoni

(Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4) u Nru 1290/2005, Artikolu 31; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/123)

7.      Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Interpretazzjoni tal-motivazzjoni ta’ att amministrattiv – Limiti

(Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 22)

2.      Il-pagament addizzjonali previst fl-Artikolu 69 tar-Regolament Nru 1782/2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, huwa intiż, minn naħa, li jinkoraġġixxi lill-bdiewa biex josservaw ir-rekwiżiti dwar it-titjib tal-kwalità tal-prodotti tagħhom u għall-protezzjoni tal-ambjent, inkwantu kumpens għall-aħjar adattament tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda tal-politika agrikola komuni, u, min-naħa l-oħra, biex jitnaqqsu r-riperkussjonijiet għal ċerti setturi ta’ prodotti minħabba t-tranżizzjoni mill-iskema ta’ pagamenti diretti għall-iskema ta’ pagament uniku. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 69 tar-Regolament Nru 1782/2003 jagħti lill-Istati Membri kollha ċertu marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jitwettqu pagamenti addizzjonali fil-kuntest tar-riforma tal-politika agrikola komuni. Madankollu, l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Istati Membri hija strettament imfassla u suġġetta għal sensiela ta’ kundizzjonijiet ta’ natura kemm materjali kif ukoll proċedurali.

Fir-rigward tal-obbligu previst fl-Artikolu 48(6) tar-Regolament Nru 795/2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, dan jippermetti lill-Kummissjoni li tiġi informata bil-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà deċiżi mill-Istati Membri. Dan l-obbligu jippermetti wkoll li jiġi żgurat li l-operaturi kkonċernati jkunu jafu, qabel il-bidu tas-sena ta’ talba, il-kundizzjonijiet li jippermettulhom li jaċċedu għall-pagament addizzjonali, previst fl-Artikolu 69 tar-Regolament Nru 1782/2003. F’dan ir-rigward, il-funzjoni inċitattiva tal-pagament addizzjonali tista’ tkun effettiva biss jekk il-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà għal sena ta’ talba huma magħrufa mill-bdiewa kkonċernati, qabel il-bidu ta’ din is-sena, u ma jiġux emendati a posteriori.

(ara l-punti 30, 31, 33)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 35)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 36)

5.      Fil-kuntest tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-ammonti li għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni wara konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet fl-infiq imwettaq minn Stat Membru, l-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni, ma jistabbilixxix kundizzjoni li tissuġġetta kull korrezzjoni finanzjarja għad-dimostrazzjoni ta’ dannu reali subit mill-Fond.

(ara l-punt 44)

6.      Fil-kuntest tal-istħarriġ tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni ċertu nfiq imwettaq mill-Istati Membri fid-dawl ta’ Fondi strutturali differenti tal-Unjoni, hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni rapport sommarju li kien inkluż mad-deċiżjoni, sa fejn dan ir-rapport jikkostitwixxi dokument essenzjali sabiex tinftiehem il-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, peress li din ġiet adottata abbażi tiegħu. F’dan ir-rigward, din id-deċiżjoni għandha tiġi annullata meta teżisti kontradizzjoni ta’ motivazzjoni bejn ir-rapport sommarju u dokumenti rilevanti oħra tal-proċedura amministrattiva li tikkonċerna l-korrezzjoni inkwistjoni, li magħha jiżdiedu nuqqas ta’ preċiżazzjonijiet jew kontradizzjonijiet ta’ motivazzjoni oħra f’dan ir-rapport, kontradizzjoni li ma tippermettix lill-Istat Membru kkonċernat li jkun jaf il-motivazzjoni reali ta’ din id-deċiżjoni fir-rigward tal-korrezzjoni finanzjarja imposta. Fil-fatt, kontradizzjoni fil-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ksur tal-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 296 TFUE ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-att inkwistjoni jekk jiġi stabbilit li, minħabba din il-kontradizzjoni, id-destinatarju tal-att ma huwiex fil-pożizzjoni li jkun jaf, kompletament jew parzjalment, il-motivi reali tad-deċiżjoni u li, minħabba dan il-fatt, id-dispożittiv tal-att huwa, kompletament jew parzjalment, nieqes minn kull sostenn legali.

(ara l-punti 51, 56, 63, 64)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 57)