Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2008 - Gippini Fournier vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-21/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eric Gippini Fournier (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: F. Ruggeri Laderchi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tassenja ebda punt ta' prijorità lir-rikorrent fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2003, li tirrigwarda r-rifjut ta' l-assenjazzjoni ta' "punti ta' prijorità DĠ" u li tiċħad l-assenjazzjoni ta' punti ta' prijorità għal xogħlijiet fl-interess ta' l-istituzzjoni skond l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni ta' l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal. Min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-konvenuta li tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu ekonomiku li ssubixxa u li ser jissubixxi matul il-karriera tiegħu minħabba dewmien fil-promozzjonijiet tiegħu kif jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata u li tħallsu s-somma ta' EUR 2 500 bħala kumpens għad-dannu morali.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni li ma jiġi assenjat ebda punt ta' prijorità lir-rikorrent fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2003, li tirrigwawrda r-rifjut ta' l-assenjazzjoni tal-"punti ta' prijorità DĠ" u li tiċħad l-assenjazzjoni ta' punti ta' prijorità għal xogħlijiet fl-interess ta' l-istituzzjoni skond l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni ta' l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu ekonomiku li ssubixxa u li ser jissubixxi matul il-karriera tiegħu minħabba dewmien fil-promozzjonijiet tiegħu kif jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 2 500 bħala kumpens għad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________