Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (ilLatvja) fl4 ta’ Ottubru 2023– AS Tallinna Kaubamaja Grupp, AS KIA Auto vs Konkurences padome

(Kawża C606/23, Tallinna Kaubamaja Grupp u KIA Auto)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Tallinna Kaubamaja Grupp, AS KIA Auto

Konvenut: Konkurences padome

Domandi preliminari

L-awtorità tal-kompetizzjoni għandha, skont l-Artikolu 101(1) TFUE, turi l-eżistenza ta’ effetti reali u konkreti li jirrestrinġu l-kompetizzjoni (actual/real restrictive effects on competition) għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ ftehim ipprojbit li jistabbilixxi restrizzjonijiet fir-rigward tal-garanzija ta’ vetturi bil-mutur, li jobbligaw jew jinkoraġġixxu lill-proprjetarji ta’ vettura bil-mutur iwettqu t-tiswija u l-manutenzjoni tagħha biss ma’ rappreżentanti awtorizzati tal-manifattur tal-vettura bil-mutur u jużaw il-partijiet ta’ bdil oriġinali tal-imsemmi manifattur matul il-manutenzjoni perjodika sabiex il-garanzija tal-vettura bil-mutur tibqa’ valida?

Huwa biżżejjed, skont l-Artikolu 101(1) TFUE, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-ftehim imsemmi fl-ewwel domanda preliminari, li l-awtorità tal-kompetizzjoni turi biss l-eżistenza ta’ effetti potenzjali li jirrestrinġu l-kompetizzjoni (potential restrictive effects on competition)?

____________