Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2013 – Eckes-Granini vs UASI – Panini (PANINI)

(Kawża T-487/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PANINI – Trade marks nazzjonali u Komunitarja verbali preċedenti GRANINI – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Panini SpA (Modena, l-Italja) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2393/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eckes-Granini Group GmbH u Panini SpA.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Eckes-Granini Group GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.