Language of document : ECLI:EU:T:2021:191





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tal14 ta’ April 2021 – Achema u Lifosa vs IlKummissjoni

(Kawża T300/19)

“Għajnuna mill-Istat – Suq tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Għajnuna għat-tħaddim – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern wara l-fażi preliminari ta’ investigazzjoni – Artikolu 107(3)(c) TFUE – Ksur tad-drittijiet proċedurali – Linji gwida tal‑2008 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent – Linji gwida tal‑2014 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014‑2020 – Artikolu 30 TFUE – Artikolu 110 TFUE – Serje ta’ indizji konkordanti”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern mingħajr ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Rikors mill-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 108(2) u (3), u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 1(h))

(ara l-punti 37 sa 39)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern mingħajr ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Rikors mill-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE – Identifikazzjoni tas-suġġett tar-rikors – Rikors intiż li jipproteġi d-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati – Motivi li jistgħu jiġu invokati

(Artikolu 108(3) u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 1(h))

(ara l-punti 42, 203 sa 205)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultajiet ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Diffikultajiet serji – Kunċett – Natura oġġettiva

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 4)

(ara l-punti 43, 45)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja fil-każ ta’ diffikultajiet serji – Kunċett ta’ diffikultajiet serji – Natura oġġettiva – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 4)

(ara l-punt 44)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultajiet ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Diffikultajiet serji – Kunċett – Natura oġġettiva – Oneru tal-prova – Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet – Serje ta’ indizji konkordanti dwar it-tul tal-proċedura ta’ eżami preliminari, iċ-ċirkustanzi madwar l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u l-kontenut tagħha

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 4)

(ara l-punti 46, 47, 54 sa 86, 92 sa 112, 115 sa 135, 138 sa 148, 151 sa 178, 209 sa 239)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultajiet ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Ċirkustanzi li jippermettu li tali diffikultajiet jiġu kkonfermati – Natura insuffiċjenti tas-sempliċi skadenza ta’ terminu li jeċċedi t-tul normali ta’ eżami preliminari

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 4)

(ara l-punti 86, 87)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Diffikultajiet ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Diffikultajiet serji – Talba għal informazzjoni addizzjonali li ma tiżvelax per se l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill 2015/1589, Artikolu 4)

(ara l-punt 109)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 9209 finali tat‑8 ta’ Jannar 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.45765 (2018/NN), dwar skema ta’ għajnuna implimentata mir-Repubblika tal-Litwanja favur produtturi tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (ĠU 2019, C 61, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 9209 final tat‑8 ta’ Jannar 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.45765 (2018/NN), dwar skema ta’ għajnuna implimentata mir-Repubblika tal-Litwanja favur produtturi tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Achema AB u Lifosa AB.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.