Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Ġunju 2021 – PV vs Zamestnik izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie”

(Kawża C-343/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PV

Konvenut: Zamestnik izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie”

Domandi preliminari

L-Artikolu 45(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) 1 jista’ jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ineżami hemm “tqassim mill-ġdid tal-azjenda” jew “miżuri ta’ konsolidazzjoni”, b’tali mod li l-benefiċjarju ma jinsabx f’pożizzjoni li jkompli jonora l-impenji meħuda?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, fil-każ li l-Istat Membru jonqos milli jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-impenji tal-benefiċjarju jiġu adattati għas-sitwazzjoni l-ġdida tal-azjenda, ikun hemm ġustifikazzjoni sabiex ma jintalabx ir-rimbors fir-rigward tal-perijodu li matulu kien effettiv l-impenn?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, kif għandu jiġi interpretat, fil-kuntest fattwali stabbilit fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 2 , u x’natura għandu t-terminu previst fl-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid 3 ?

____________

1     ĠU 2008, L 322M, p. 305.

2     ĠU 2009, L 30, p. 16, rettifika fil-ĠU 2010, L 43, p. 7.

3     ĠU 2009, L 316, p. 65, rettifika fil-ĠU 2013, L 246, p. 3.