Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (Is-Slovenja) fit-12 ta’ April 2021 – RAIFFEISEN LEASING, trgovina in leasing d. o. o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-235/21)

Lingwa tal-kawża: Is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RAIFFEISEN LEASING, trgovina in leasing d. o. o.

Konvenut: Ir-Repubblika tas-Slovenja.

Domandi preliminari

1.    Kuntratt bil-miktub jista’ jitqies bħala fattura fis-sens tal-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT 1 biss jekk ikun fih l-informazzjoni kollha għal fattura meħtieġa mill-Kapitolu 3 (“Fatturazzjoni”) tat-Titolu XI tad-Direttiva tal-VAT?

Fil-każ ta’ risposta negattiva,

2.    Liema huma l-indikazzjonijiet jew iċ-ċirkustanzi li abbażi tagħhom, fi kwalunkwe każ, kuntratt bil-miktub jista’ jitqies (ukoll) bħala fattura li tistabbilixxi l-obbligu li titħallas il-VAT skont l-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT?

B’mod iktar konkret,

3.    Kuntratt bil-miktub, konkluż minn żewġ persuni suġġetti għall-VAT u li għandu bħala l-għan tiegħu kunsinna ta’ oġġetti jew provvista ta’ servizzi, jista’ jitqies bħala fattura fis-sens tal-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT jekk tirriżulta minnu oġġettivament rieda espressa u vverifikata tal-bejjiegħ jew tal-fornitur tas-servizz, bħala parti kontraenti, li dan il-kuntratt huwa fattura relatata ma’ tranżazzjoni speċifika li tista’ tagħti lix-xerrej il-preżunzjoni raġonevoli li huwa jista’, fuq din il-bażi, inaqqas il-VAT tal-input imħallsa?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU L 335, 20.12.2007, p. 60).