Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2013 – Marqués vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-158/12) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Reklutaġġ – Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess EPSO/CAST/02/2010 – Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ – Esperjenza professjonali xierqa – Ċaħda tat-talba għar-reklutaġġ)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Éric Marques (Ennery, Franza) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III li tressqet mill-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fil-Lussemburgu u talba għal kumpens għad-dannu materjali mġarrabDispożittiv Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-6 ta’ Marzu 2012, li tirrifjuta li tirrekluta lil É. Marques bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn É. Marques.