Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Girardi vs EUIPO

(Kawża T-497/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Rappreżentanza professjonali – Talba għal sospensjoni tal-urġenza – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Giovanna Paola Girardi (Madrid, Spanja) (rappreżentant: G.Macías Bonilla, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u G. Predonzani, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa waħda, tad-deċiżjoni tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar il-kapaċità tar-rikorrenti li taġixxi bħala rappreżentant quddiem l-EUIPO u, min-naħa l-oħra, il-parti tal-Linji Gwida tal-EUIPO għall-eżami tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rappreżentanza professjonali tal-avukati Spanjoli (Parti A, Sezzjoni 5, Anness 1).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________