Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2021 – ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk vs EUIPO – ESSAtech (Apparat ta’ kontroll mill-bogħod [wireless] (Aċċessorji għal -))

(Kawża T-612/21)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk s.c. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentant: M. Oleksyn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ESSAtech (Přistoupim, ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Apparat ta’ kontroll mill-bogħod [wireless] (Aċċessorji għal -) – Reġistrazzjoni tal-Unjoni Nru 4 539 302-0003

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 1072/2020-3

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jħallsu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jħallsu l-ispejjeż rispettivi tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż inkorsi fil-proċedura quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 moqri flimkien mal-Artikolu 25(1)(b) tal-istess regolament u ksur tar-regoli tad-dritt stabbiliti fil-kawża DOCERAM C-395/16 1 flimkien mal-ksur tal-Artikolu 41(2)(ċ) moqri flimkien mal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba);

Ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002 moqri flimkien mal-Artikolu 63(2) tal-istess regolament u ksur tar-regoli tad-dritt stabbiliti fil-kawża DOCERAM C-395/16 flimkien mal-ksur tal-Artikolu 41(2)(ċ) moqri flimkien mal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba).

____________

1 Sentenza tat-8 ta’ Marzu 2018, DOCERAM GmbH vs CeramTec GmbH, fil-Kawża C-395/16, EU:C:2018:172.