Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Plantavis u NEM vs Il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel

(Kawża T-334/12) 1

[“Protezzjoni tal-konsumaturi — Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel — Regolament (UE) Nru 432/2012 — Rikors għal annullament — Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni — Interess dirett — Ammissibbiltà — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Reġistru tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa)”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Plantavis GmbH (Berlin, il-Ġermanja) u NEM, Verband mittelständischer europäischer Hersteller und Distributoren von Nahrungsergänzungsmitteln & Gesundheitsprodukten eV (Laudert, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro Nolin, u S. Grünheid, aġenti) u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (rappreżentanti: D. Detken, aġent, assistit minn R. Van der Hout u A. Köhler, avukati)

Intervenjent insostenn tal-parti rikorrenti l-Kummissjoni: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u P. Schonard, aġenti)

Intervejent insostenn tal-partijiet konvenuti l-Kummisjoni u l-EFSA: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u I. Šulce, aġenti)SuġġettTalba għal annullament, minn naħa, tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1), kif ukoll tar-Reġistru dwar l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, ippubblikat fis-sit internet tal-Kummissjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Plantavis GmbH u NEM, Verband mittelständischer europäischer Hersteller und Distributoren von Nahrungsergänzungsmitteln & Gesundheitsprodukten eV huma kkundannati li jbatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA).Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 311, 13.10.2012.