Language of document : ECLI:EU:T:2011:707





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Novembru 2011 – SE-Blusen Stenau vs UASI – Sport Eybl & Sports Experts (SE© SPORTS EQUIPMENT)

(Kawża T-477/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SE© SPORTS EQUIPMENT – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SE So Easy – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 23, 66, 71, 72)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1393/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn SE‑Blusen Stenau GmbH u Sport Eybl & Sports Experts GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1393/2009-1) hija annulata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn SE‑Blusen Stenau GmbH.

3)

Sport Eybl & Sports Experts GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.