Rikors ippreżentat fil-21 ta' Settembru 2010 - Häfele vs UASI (Mixfront)
(Kawża T-425/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 338/2010-1;
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "Mixfront" għal prodotti fil-klassijiet 6 u 20.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2007
1, peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata hija distintiva, ma hijiex deskrittiva u ma hijiex isem li sar użanza.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).