Language of document : ECLI:EU:T:2017:603

Kawżi Magħquda T504/16 u T505/16

Jean-Pierre Bodson et

vs

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

“Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Remunerazzjoni – Adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi – Metodu ta’ kalkolu – Kriżi ekonomika u finanzjarja”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment – Rikors ippreżentat kontra att ta’ portata ġenerali – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Artikolu 41)

2.      Uffiċjali – Membri tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment – Remunerazzjoni – Adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Adozzjoni ta’ deċiżjoni fil-qasam – Konsegwenzi – Awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali

(Regolamenti tal-Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, u Anness I; regolament intern tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Artikolu 31)

3.      Rikorsi tal-uffiċjali – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Sentenza li tannulla deċiżjoni rigward adattament annwali tar-remunerazzjonijiet li jirriżulta mil-livelli tas-salarji bażiċi – Talba għal kumpens tar-rikorrenti rigward id-dannu materjali mġarrab – Natura prematura tat-talba

(Artikolu 266 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 35-37)

2.      Ir-relazzjonijiet bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-membri tal-persunal tiegħu, minkejja li għandhom oriġini kuntrattwali, jaqgħu essenzjalment taħt skema regolatorja. Fil-fatt, skont l-Artikolu 31 tar-regolament intern tal-BEI kif ukoll skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal tiegħu, il-BEI għandu setgħa diskrezzjonali sabiex jistabbilixxi u jemenda unilateralment l-elementi tar-remunerazzjoni tal-persunal tiegħu u, għaldaqstant, sabiex jadotta u jaġġorna l-livelli tas-salarji bażiċi tal-persunal tiegħu.

Madankollu, il-BEI, fil-kuntest ta’ din is-setgħa diskrezzjonali, jista’ jiddeċiedi li jiddetermina, bil-quddiem, bħala l-ewwel pass u għal ċertu perijodu, kriterji għall-iffissar, bħala t-tieni pass, tal-aġġornamenti regolari tal-livelli tas-salarji bażiċi tal-persunal tiegħu u, b’dan il-mod, li jobbliga ruħu li josserva l-imsemmija kriterji fl-adattamenti annwali tal-imsemmija livelli matul dan il-perijodu.

F’dan ir-rigward, meta l-BEI jadotta deċiżjoni awtonoma dwar metodu ta’ adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi, bl-għan li jirregola u, għalhekk, li jirrestrinġi s-setgħa diskrezzjonali tiegħu, huwa jintrabat, għall-perijodu tal-validità ta’ din id-deċiżjoni, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu li tirriżulta mir-Regolamenti tal-Persunal, li josserva l-metodu adottat. Għalhekk, il-BEI ma jistax jinvoka, fil-kuntest tal-adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi tal-persunal tiegħu, setgħa diskrezzjonali li tmur lil hinn mill-kriterji stabbiliti f’dan il-metodu.

(ara l-punti 46-49, 53, 60)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 76)