Language of document : ECLI:EU:T:2017:645


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2017 – D’Agostino vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-501/16 RENV)

“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Artikolu  3a tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt — Artikoli  12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Dmir ta’ premura — Interess tas-servizz ”

1.      Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Reklutaġġ – Tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi tal-membru tal-persunal temporanju kkonċernat u tas-servizz

(Regolamenti tal-Persunal u Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 47)

(ara l-punti 38, 44, 58)

2.      Uffiċjali – Obbligu ta’ assistenza tal-amministrazzjoni – Kamp ta’ applikazzjoni – Perpetwament tas-sitwazzjoni kuntrattwali ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt  – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a u 24; Regolamenti tal-Persunal u Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra,Artikolu 87)

(ara l-punt 53)

3.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Portata

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 65-67)

4.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Oneru – Teħid inkunsiderazzjoni tar-rekwiżiti ta’ ekwità – Kundanna tal-parti li tirbaħ għall-ispejjeż

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 134(1), u 135(1))

(ara l-punt 79)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2011 li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-dannu li allegatament sostna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L. D’Agostino huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-Kawża F-93/12 u għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-670/13 P.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-670/13 P.