Language of document : ECLI:EU:T:2013:561





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2013 – Spanja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑149/13)

“Rikors għal annullament — Terminu tar-rikors — Bidu tad-dekorrenza — Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Tmiem tal-erbatax-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni — Kalkolu (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1)) (ara l-punti 16, 17, 20, 23)

2.                     Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Rikors tardiv — Inammissibbiltà manifesta (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 18)

Suġġett

Talba għal annullament tal-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3), fis-settur “Riċerka”, fl-oqsma “Bijoloġija/Xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa”, “Kimika”, “Fiżika u xjenzi tal-materjali”, “Riċerka nukleari”, “Inġinerija ċivili u mekkanika”, “Inġinerija elettrika u elettronika” (ĠU 2012, C 394 A, p. 11).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.