Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Marzu 2009 - Giaprakis vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-106/07)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Trasferiment ta' parti mill-emolumenti barra mill-pajjiż ta' impjieg - Artikolu 17(2)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal il-qodma - Tifdil għal xiri ta' proprjetà (Épargne-logement) - Irkupru ta' pagament mhux dovut - Kundizzjonijiet - Irregolarità tat-trasferimenti - Natura evidenti tal-irregolarità)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stavros Giaprakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Cervilla, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-21 ta' Novembru 2006 li jiġu rkuprati l-ammonti mħallsa lir-rikorrent bħala koeffiċjent ta' korrezzjoni fuq il-parti tal-emolumenti tiegħu tiegħu ttrasferita fi Franza minn April 2004 sa Ġunju 2005, minħabba l-allegat nuqqas ta' osservanza tal-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan it-trasferiment - Talba għad-danni

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta' Novembru 2006, li tordna l-irkupru tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' korrezzjoni fuq il-parti tal-emolumenti ta' P. Giaprakis transferita fi Franza minn April 2004 sa Ġunju 2005, għal ammont ta' EUR 1 246.06 hija annullata.

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat iħallas lura lil P. Giaprakis l-ammont ta' EUR 1 246.06, flimkien mal-interessi moratorji mid-data tal-irkupru sad-data tal-ħlas effettiv, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament u applikabbli tul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b'żewġ punti.

Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 297, 8.12.2007, p. 49.