Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Diċembru 2011 - Ahouma vs Il-Kunsill

(Kawża T-138/11) 

("Mewt tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Brouha Nathanaël Ahouma (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u C. Fekete, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/118/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 1).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire.

____________

1 - ĠU C 130, 30. 04. 2011