Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2011 - Ahouma vs Il-Kunsill

(Kawża T-138/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Brouha Nathanaël Ahouma (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li, rigward ir-rikorrent, B.N. Ahouma, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-14 ta' Jannar 2011, ippubblikati fil-15 ta' Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma humiex fondati fil-fatt,

konsegwentement,

tannulla r-Regolament tal-Kunsill UE Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal-14 ta' Jannar 2011;

sussidjarjament, tordna li l-isem ta' B.N. Ahouma jitneħħa mil-listi annessi mal-imsemmi regolament u mal-imsemmija deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.

____________