Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2011 - Guei vs Il-Kunsill
(Kawża T-140/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Badia Brice Guei (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tikkonstata li, rigward ir-rikorrent, B.B. Guei, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-14 ta' Jannar 2011, ippubblikati fil-15 ta' Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma humiex fondati fil-fatt,
konsegwentement,
tannulla r-Regolament tal-Kunsill UE Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011;
sussidjarjament, tordna li l-isem ta' B.B. Guei jitneħħa mil-listi annessi mal-imsemmi regolament u mal-imsemmija deċiżjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.
____________