Language of document : ECLI:EU:T:2011:221





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Mejju 2011 – Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon “Ygeia” vs UASI (υγεία)

(Kawża T‑7/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali υγεία – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv u karattru deskrittiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv - Eċċezzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 1(2), u 7(2) u (3)) (ara l-punti 40, 41, 50-52)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz - Nuqqas ta’ kisba ta’ karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c) u (3)) (ara l-punti 22, 30, 65)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Novembru 2009 (Każ R 190/2009‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali υγεία bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja

Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon “Ygeia” AE

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali υγεία għas-servizzi fil-klassi 44, servizzi mediċi — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7129001

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tal-eżaminatur kkonfermata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni rrifjutata


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon “Ygeia” hija kkundannata għall-ispejjeż.