Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Marzu 2010 - Sviluppo Globale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-6/10 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għall-miżuri provviżorji - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Sviluppo Globale GEIE (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, F. Erlbacher u P. Manzini, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji dwar il-proċedura ta' sejħa għal offerti EuropAid/127843/D/SER/KOS, dwar il-provvista ta' servizzi ta' sostenn lill-amministrazzjonijiet doganali u fiskali tal-Kosovo.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________