Language of document :

Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2023 minn Cayago Tec GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-6 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-377/22, Cayago Tec vs EUIPO – iAqua (Shenzhen)

(Kawża C-700/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Cayago Tec GmbH (rappreżentant: J. Güell Serra, abogado)

Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u iAqua (Shenzhen) Ltd

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Marzu 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-ammissjoni tal-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________