Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Settembru 2010 - Goutier vs UASI - Eurodata (ARANTAX)

(Kawża T-387/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Goutier (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. E. Happe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eurodata GmbH & Co. KG (Saarbrücken, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' Lulju 2010, fil-Każ R 126/2009-4, sa fejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet miċħuda mid-deċiżjoni kkontestata għas-servizzi li ġejjin:

-    Klassi 35 - pariri dwar taxxa u preparazzjoni ta' dikjarazzjonijiet għal skopijiet ta' taxxa, kontabbiltà, verifika tal-kontijiet, konsulenza maniġerjali; konsulenza dwar in-negozju;

-    Klassi 36 - rapporti u evalwazzjonijiet fiskali, tranżazzjonijiet ta' konċentrazzjoniiet u akkwisti, jiġifieri konsulenza finanzjarja fix-xiri jew bejgħ ta' impriżi, kif ukoll ta' ishma f'impriżi;

-    Klassi 42 - provvista ta' servizzi legali, riċerka legali;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ARANTAX" għas-servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Eurodata GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "ANTAX" għas-servizzi fil-klassijiet 35, 36, 41, 42 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 15 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li ma ġietx prodotta l-prova tal-użu, kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li bejn it-trade marks kunfliġġenti ma hemm l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).