Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Frar 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-118/11) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra dwar l-irtirar mhux volontarju ta’ uffiċjal u l-għoti ta’ allowance tal-invalidità – Deċiżjoni li ma tiddeċidix fuq l-oriġini professjonali tal-marda li ġġustifikat l-irtirar mhux volontarju – Obbligu tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrikonoxxi l-oriġini professjonali tal-marda – Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal – Neċessità li jitlaqqa Kumitat tal-Invalidità ġdid – Rilevanza ta’ deċiżjoni preċedenti adottata skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)Lingwa tal-kawża:it-TaljanPartijietRikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tadotta deċiżjoni dwar l-oriġini professjonali tal-marda tar-rikorrentDispożittivIr-rikors huma miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.