Language of document : ECLI:EU:T:2011:40





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2011 – Nencini vs Il‑Parlament

(Kawża T-560/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ allowances imħallas bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari u ta’ vvjaġġar – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”


1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 10)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 14)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ numru ta’ deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jordnaw ir-restituzzjoni ta’ allowances parlamentari li ġew indebitament miġbura.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.