Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Ġunju 2012 - H.Eich vs UASI - Arav (H.EICH)

(Kawża T-557/10) 

["(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali H.EICH - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti H SILVIAN HEACH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009"])

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: H.Eich Srl (Signa, l-Italja) (rappreżentanti: D. Mainini, T. Rubin, A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli, G. Petrocchi u B. Passaretti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Mannucci u R. Pethke, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arav Holding Srl (Palma Campania, l-Italja) (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta' Settembru 2010 (Każ R 1411/2009-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Arav Holding Srl u H.Eich Srl.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta' Settembru 2010 (Każ R 1411/2009-1) hija annullata.

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn H.Eich Srl fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell.

Arav Holding Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011.