Language of document : ECLI:EU:T:2012:309





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2012 — H.Eich vs UASI — Arav (H.EICH)

(Kawża T-557/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali H.EICH — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti H SILVIAN HEACH — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali H.EICH u trade mark figurattiva H SILVIAN HEACH (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 21-23, 70, 91)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1411/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arav Holding Srl u H.Eich Srl.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1411/2009‑1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn H.Eich Srl fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell.

4)

Arav Holding Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.