Language of document : ECLI:EU:T:2012:362





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Lulju 2012 — Laboratoire Garnier vs UASI (natural beauty)

(Kawża T-559/10)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva natural beauty — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark figurattiva natural beauty (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 19-23, 26-28)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2010 (Każ R 971/2010‑1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv natural beauty bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratoire Garnier et Cie hija kkundannata għall-ispejjeż.