Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Frar 2011 - Nencini vs Il-Parlament

(Kawża T-560/10 R)1

("Miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru ta' kumpens imħallas bħala rimbors tal-ispejjeż ta' assistenza parlamentari u tal-ivvjaġġar - Talba għas-sospensjoni mill-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Riccardo Nencini (Barberino di Mugello, l-Italja) (rappreżentant: F. Bertini, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, A. Caiola u D. Moore, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni mill-eżekuzzjoni ta' numru ta' deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jordnaw ir-restituzzjoni ta' kumpensi parlamentari li ġew indebitament miġbura.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C @@, @@.