Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-25 ta’ Ġunju 2015 – Vincent Deroo-Blanquart vs Sony Europe Limited, aventi kawża ta’ Sony France SA

(Kawża C-310/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vincent Deroo-Blanquart

Konvenuta: Sony Europe Limited, aventi kawża ta’ Sony France SA

Domandi preliminari

L-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali qarrieqa, l-offerta konġunta li tikkonsisti fil-bejgħ ta’ kompjuter mgħammar b’programmi installati minn qabel, meta l-manifattur tal-kompjuter ikun ipprovda, permezz tan-negozjant tiegħu, informazzjoni fuq kull programm installat minn qabel, iżda ma jkunx speċifika l-prezz ta’ kull wieħed minn dawn l-elementi?

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali, l-offerta konġunta li tikkonsisti fil-bejgħ ta’ kompjuter mgħammar b’programmi installati minn qabel, meta l-manifattur ma jħalli l-ebda għażla oħra lill-konsumatur għajr li jaċċetta dawn il-programmi jew li jirrevoka l-bejgħ?L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali, l-offerta konġunta li tikkonsisti fil-bejgħ ta’ kompjuter mgħammar b’programmi installati minn qabel meta l-konsumatur ma jkunx jista’ jikseb mingħand l-istess manifattur kompjuter li ma jkunx mgħammar b’programmi?

____________

1 ĠU L 149, p. 22.