Language of document : ECLI:EU:T:2014:767





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – El Corte Inglés vs UASI – Baumarkt Praktiker Deutschland (PRO OUTDOOR)

(Kawża T‑127/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRO OUTDOOR – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti OUTDOOR garden barbecue camping – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Suġġett tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell – Artikoli 60 u 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Terminu u forma tar-rikors – Preżentata fit-termini ta’ nota li tesponi l-motivi – Kundizzjoni ta’ ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 60; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 48(1)(ċ) u (2), u 49) (ara l-punti 16-18)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 36, 37)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali PRO OUTDOOR u trade mark figurattiva OUTDOOR garden barbecue camping (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 61-64)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 44-46)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 1900/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Baumarkt Praktiker Deutschland GmbH u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 1900/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Baumarkt Praktiker Deutschland GmbH u El Corte Inglés, SA, hija annullata billi l-Bord tal-Appell naqas milli jiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ El Corte Inglés, SA dwar il-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti għall-prodotti inkwistjoni minbarra t-“tagħmir għall-ipproċessar tad-data u l-kompjuters”, li jinsabu fil-klassi 9.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI u El Corte Inglés, SA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess.