Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – L-Italja u Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-124/13 u T-191/13) 1

(“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti – Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi – Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità”)

Lingwi tal-kawża: it-Taljan u l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato) (Kawża T-124/13); u Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn S. Centeno Huerta, sussegwentement minn J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado) (Kawża T-191/13)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-124/13, J. Currall, B. Eggers u G. Gattinara u, fil-Kawża T-191/13, J. Currall, J. Baquero Cruz u B. Eggers, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti r-Repubblika Taljana: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment S. Centeno Huerta, sussegwentement J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Suġġett

Fil-Kawża T-124/13, talba għall-annullament, l-ewwel nett, tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-verifika, tal-kontabbiltà u tal-finanzi, u tal-ekonomija u tal-istatistika (ĠU 2012 C 394 A, p. 1), it-tieni nett, tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista’ ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-bijoloġija, tax-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa, tal-kimika, tal-fiżika u tax-xjenzi tal-materjali, tar-riċerka nukleari, tal-inġinerija elettrika u elettronika (ĠU 2012 C 394 A, p. 11), u t-tielet nett, tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 6) fl-oqsma tas-sigurtà tal-bini u tal-inġinerija u tekniki speċjali tal-bini (ĠU 2013 C 29 A, p. 1), u, fil-Kawża T-191/13, talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13DispożittivIl-Kawżi T-124/13 u T-191/13 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-verifika, tal-kontabbiltà u tal-finanzi, u tal-ekonomija u tal-istatistika, l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista’ ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-bijoloġija, tax-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa, tal-kimika, tal-fiżika u tax-xjenzi tal-materjali, tar-riċerka nukleari, tal-inġinerija elettrika u elettronika kif ukoll l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 6) fl-oqsma tas-sigurtà tal-bini u tal-inġinerija u tekniki speċjali tal-bini, huma annullati.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana fil-Kawża T-124/13 u dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja fil-Kawża T-191/13.Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbat

i l-ispejjeż

tiegħu marbuta mal-intervent tiegħu fil-Kawża T-124/13.

____________

1 ĠU C 164, 8.

6.2013.