Language of document : ECLI:EU:T:2011:367





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 – Evonik Industries vs UASI (Rettangolu bil-kulur vjola b’naħa konvessa)

(Kawża T‑499/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta rettangolu bil-kulur vjola b’naħa konvessa – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta rettangolu bil-kulur vjola b’naħa konvessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 34, 35, 44)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Ottubru 2009 (Kaz R 491/2009‑4), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ rettangolu bil-kulur vjola b’naħa konvessa bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evonik Industries AG hija kkundannata għall-ispejjeż.