Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ottubru 2023 – WBS GmbH

(Kawża C-635/23, WBS GmbH)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WBS GmbH

Konvenut: Generalstaatsanwaltschaft Berlin

Domanda preliminari

Ordni ta’ investigazzjoni Ewropea li tikkonċerna miżura li, skont id-dritt tal-Istat emittenti tista’ tiġi adottata biss minn qorti, tista’ tinħareġ minn awtorità kompetenti oħra, fis-sens tal-Artikolu 2(c)(ii) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali 1 , li taġixxi b’kollaborazzjoni ma’ awtorità mhux ġudizzjarja ta’ validazzjoni, f’sitwazzjoni fejn qorti tal-Istat emittenti tkun preċedentement adottat ordni ta’ investigazzjoni u b’hekk tkun issodisfatt l-obbligi ta’ stħarriġ u ta’ motivazzjoni previsti fid-Direttiva 2014/41?

____________

1     ĠU 2014, L 130, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 143, p. 16.