Language of document : ECLI:EU:T:2011:28





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 – Gühring vs UASI (Taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat u taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat)

(Kawżi T-299/09 u T-300/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Portata identika għal dik tal-Artikolu 253 KE (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 16)

2.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punti 17-19)

3.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 63, 65, 73)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ April 2009 (Każijiet R 1330/2008‑1 u R 1329/2008‑1), dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat u tat-taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat bħala trade marks Komunitarji.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade marks Komunitarji:

Gühring OHG

Trade marks Komunitarji kkonċernati:

Trade mark li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat għal prodotti fil-klassi 7 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6703581

Trade mark li tikkonsisti f’taħlita tal-kuluri isfar okra u griż arġentat għal prodotti fil-klassi 7 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6703565

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Reġistrazzjonijiet irrifjutati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appelli miċħuda


Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑299/09 u T‑300/09 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Gühring OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.