Language of document : ECLI:EU:T:2012:473





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Settembru 2012 – IG Communications vs UASI – Citigroup u Citibank (CITIGATE)

(Kawża T‑301/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CITIGATE – Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti li fihom l-element ‘citi’ – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Familja ta’ trade marks – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ assoċjazzjoni – Trade marks preċedenti li għandhom karatteristiċi li jippermettu li jitqiesu li jifformaw parti mill-istess “sensiela” jew “familja” – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20‑23, 86)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali CITIGATE – Trade marks verbali u figurattivi li fihom l-element “citi” (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 60, 79, 87‑90)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxiebhux – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali CITIGATE – Trade marks verbali u figurattivi li fihom l-element “citi” (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 103, 104, 119‑122, 125, 126)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 821/2005‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Citigroup, Inc. u Citibank, NA u, min-naħa l-oħra, IG Communications Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

IG Communications Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.